Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar il-Grand Prix ta’ Bormla tat-table football fejn iddominaw il-Maltin f’turnew ta’ livell għoli.
Samuel Bartolo għal darba oħra rebaħ il-kategorija Open wara li rebaħ il-finali kontra Mark Gauci. Is-semifinalisti kienu Jamie Bonnici u Wolfgang Haas.
Jason Pisani rebaħ il-kategorija tal-Veterani wara li għeleb lil Charlie Aquilina fil-finali. Is-semifinalisti kienu Mario Camilleri u Patrick Pace.
Iż-żgħażugħ Jayden Bonnici iddomina il-kategoriji giovanili hekk kif rebaħ kemm il-kategorija tal-Under 16 kif ukoll tal-Under 20. Fil-finali tal-Under 16, Bonnici għeleb lil Gabriel Ebejer u fil-finali tal-Under 20, rebaħ il-finali kontra Noah Janssens.
Valletta Subbuteo Club rebħu il-kategorija tat-timijiet wara li għelbu lil SS Lazio TFC fil-finali. Is-semifinalisti kienu Bormla SC u Bormla SC “B”.
L-appuntament maġġuri li jmiss għall atleti Maltin issa jkun il-‘Major’ ta’ Bologna ġewwa l-Italja fi’ tmiem dan ix-xahar, liema vjaġġar ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.