Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sar l-International Open ta’ Flanders ġewwa Mechelen, Belġju fejn kellna rebbieħa Maltin f’żewġ kategoriji maġġuri.
Charlie Aquilina rebaħ il-kategorija tal-Veterani għall-ewwel unur staġjonali tiegħu. Aquilina rebaħ kontra l-Belġjan Benoit Massart fis-semifinali sabiex fil-finali, għeleb lill-Ingliż Bob Varney bl-iskor ta’ 3-2.
Fl-istess kategorija, John Zammit wasal sal kwartifinali iżda kien megħlub mill-Belġjan Benoit Massart 1-0.
Fil-kategorija Open, George Ebejer ukoll wasal sal-kwartifinali fejn sfa megħlub mill-eventwalment rebbieħ Christophe Dheur. Isaac Sam Camilleri kien sfortunat li m’għaddiex mill-fażi tal-gruppi fuq id-differenża tal-gowls.
Il-Ħadd saret il-kategorija tat-timijiet, fejn it-tim ta’ Bormla Subbuteo Club hareġ rebbieħ. Il-Bormliżi għelbu lil Tiburones ta’ Spanja 3-0 fis-semifinali sabiex accertaw minn posthom fil finali, fejn għelbu lill-Franciżi ta’ FTC Caen 2-0.
ST Stembert, li magħhom jilgħab John Zammit, kisbu t-tielet post ta’ din il-kompetizzjoni. Il-Belġjani spiccaw fi’ dro ta’ 1-1 ma’ FTC Caen fis-semifinali iżda sfaw eliminati b’differenza ta’ gowl. Langton Green SC ta’ Isaac Sam Camilleri kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi.