Charles Aquilina kien fi klassi għalih meta rebaħ it-tielet turnew fil-karriera tiegħu fil-Frameries fil-Belġju.
Il-captain ta’ Bormla SC kellu prestazzjoni kbira meta rebaħ fost 72 plejer mid-dinja kollha dan it-tournament maġġuri u li huwa meqjus bħala l-Wimbledon tal-futbol tal-mejda.
Huwa għeleb fil-finali lill-plejer Massart tal-Belġju 1-0.
Fl-aħħar 16 għeleb lill-Belġjan Rochez 2-0 u fil-kwarti tal-finali għeleb lit-Taljan Averna 3-2.
Fis-Semi Finali għeleb lil Calonico tal-Italja 1-0 biex wera forza kbira sakemm wasal ghar-rebħ tal-finali.
Fil-Kategorija Open, Bormla SC il plejer belġjan Bessim Golger spiċċa bħala finalist minn 145 plejer f’finali ta’ 2-2 ma’ Carlos Flores.
Il-Ħadd fl-avveniment tat-timijiet, Bormla wrew li huma forza vera u tabilħaqq numru 1 fid-dinja biex għamluhom tliet finali f’ġimgħa wara Malta, l-Iskozja u l-Belġju.
Biex waslu sal-finali minn 44 tim, fi Grupp 1 rebħu tliet darbiet 4-0 lit-timijiet l-ohra Yorkshire , Hennuyer c u Rochefort u fl-aħħar 16 għelbu lil Hennuyer 3-0. Fil-kwarti tal-finali għelbu lil 2-2 Caen b’marġni ta’ 5 gowls differenza u fis semi finali huma għelbu lit-Taljani Salernitana 1-0.
Dan is-suċċess wassal biex Bormla SC jibqgħu tmien xhur konsekuttivi fl-ewwel post fir-Rankings Dinjija għat-timijiet.
Fil-finali Bormla tilfu 1-3 kontra Reggio Emilia Fratt Bari .
It-team kien kompost minn Charles Aquilina , Bessim Golger , David Busch , Jason Pisani , Jean Tabone u George Ebejer.
Bormla Subbuteo Club jixtiequ jirringrazzjaw lil Visit Malta, #explore, SportMalta u l-imsieħba tagħhom Mykonos minn Yiamas , Ejcs , Fairbet , Euroclub Hotel.
