Bormla Subbuteo club temmew l-impenji tagħhom fil-FISTF Grand Prix ta Vjenna fejn inexxielhom jaslu sas-semi finali fejn tilfu 1-2 ma rebbieħa Bologna Tigers Italia.
Fi Grupp B il-bormliżi rebħu l-grupp B b’rebhiet kontra Gorizia Italia 3-0, kontra Avenir Hennuyer Belgium 4-0 u draw 2-2 konra Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija. Huma għaddew dirett għas-semi finali.
Il-klabb bormliż jinsab fil-post numu 6 tar-Rankings Mondjali FISTF.
It-tim kien kompost min Charlie Aquilina, Jason Pisani ,Bessim Golger, George Ebejer u John Zammit .
Fil-kompetizzjoni individwali tal-veterani Jason Pisani wasal sas-semi finali fejn tilef 2-3 kontra Hinkelman tal Austria u Katherina Waldorf Busch Awstria waslet sal finali fil-kategorija Nisa.