Bormla Subbuteo Club spiċċaw fil-ħames post min 22 club fejn fil-FISTF CHAMPION’S LEAGUE tat-Table Football. Fi Grupp C Bormla rebħu erba’ minn ħames partiti kontra Stembert Belgju 4-0 ,Olimpia tal Grecja 3-0, Scarlet Battalion tal Grecja 3-1, u Royal Kaisermuhlen tal Awstrija 3-1 bl unika telfa tasal kontra ċ-champions ta’ qabel Fiamme Azzure Italja 0-4 biex ikkwalifikaw fit-tieni post.
Fl-aħħar 16 Bormla rebħu lil Issy Les Moulineux ta Franza 3-1 biex fil kwarti tal- finali l-bormliżi tilfu 1-3 mar runners up tal-kompetizjoni l-maltin ta Valletta SC. Wara fil-finali għas-7/8 post Bormla reġgħu rebħu lil Royal Kaisermuhlen Awstrija 4-0 u fil- finali 5/6 post rebħu lil Napoli Fighters Italja bid-differenza ta’ goals 10 -9 wara li l-logħba spċċcat 2-2. B’ hekk dan il-ħames post min 22 team kien l-aħjar post li qatt ġabu Bormla Subbuteo fiċ-Champions League.
It-team kien kompost min Charles Aquilina (Captian) , Hansel Mallia ,John Zammit ,Jason Pisani, Mauro Camilleri ,George Ebejer u l-belġjani Bessim Golger Pierre De Leeuw u t- team manager Josef Camilleri .