Tabiba ta’ 26 sena ndarbet gravi f’ħabta head on ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 23 sena f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu, fejn fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lit-tabiba fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.