Tabib tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li jikkordina l-ħidma fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobji fi ħdan il-Global Leaders Group, faħħar lil Malta u l-ħidma li ssir fil-kuntest internazzjonali biex tiġi miġġielda din l-isfida.
L-antimikrobji huma mediċini li jintużaw biex jipprevjenu u jittrattaw infezzjonijiet fin-nies, l-annimali, u l-pjanti; u r-reżistenza għalihom isseħħ meta, tul il-medda taż-żmien, il-mikrobi u l-viruses jinbidlu u ma jibqgħux jirrispondu għal dawn il-mediċini.
B’riżultat ta’ dan, ċerti mediċini jiġu ineffettivi u l-infezzjonijiet idumu ħafna biex jiġu trattati, u f’ċerti każijiet jispiċċaw fatali.
L-hekk imsejħa “reżistenza għall-antimikrobji” ġiet iddikjarata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala waħda mill-għaxar theddidiet fis-saħħa pubblika li qed taffaċċja l-umanità.
Biex din l-isfida tkun miġġielda, lejn l-aħħar tal-elfejn u għoxrin twaqqaf il-Global Leaders Group, li jinkludi numru ta’ mexxejja minn madwar id-dinja li qed jaħdmu għal għan wieħed.
It-tabib Dr Haileyesus Getahun spjega l-kumplessità ta’ din l-isfida, li qed twassal għall-mewt ta’ aktar minn miljun persuna kull sena.
“Antimicrobial resistance is not a medical problem alone. It’s a problem of trade, it’s a problem of agriculture, it’s a problem of food security and for safety. So, taking into consideration this complexity, the Global Leaders Group work to bring all this diverse multi sectoral response to bring some action particularly at country level.”
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Malti, Chris Fearne, huwa l-Viċi Chair ta’ dan il-grupp.
It-tabib Getahun irrimarka li l-irwol ta’ Malta huwa kruċjali biex timbotta l-aġenda politika u l-bżonn ta’ azzjoni mill-mexxejja politiċi.
“We are very much grateful for his excellency the Deputy Prime Minister and Minister of Health, Chris Fearne who is serving as Vice Chair of this important group and his role has been critical in advocating and advancing the global political agenda for AMR and he gives direction and leadership for the implementation of the action plan of the Global Leaders Group which has six priorities.”
Filwaqt li saħaq li r-reżistenza għall-antimikrobji hija sfida kumplessa li tirrikjedi rispons komprensiv u azzjoni politika minn kull pajjiż, innota l-ħidma ta’ Malta f’dan ir-rigward u qal li pajjiżna qed imexxi bl-eżempju.
“Malta in the last few years has documented good results in terms of addressing antimicrobial resistance and we want all countries to also be like Malta in addressing this critical issue and in terms of also getting financing, you know money is important, and political commitment has to yield that level of action.”