It-tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri appella lill-pubbliku biex ma jinġemax fit-toroq jew fil-folol, għaliex inkella jiddispjaċina lkoll. Huwa qal hekk fuq il-midja soċjali fejn appella għar-responsabbiltà lil kull min jaħseb li l-Coronavirus huwa influwenza normali li ma joqtolx, jew li jaħsbu li l-pandemija għaddiet minn Malta.
Dr Spiteri sostna li jekk is-sitwazzjoni ma tibqax taħt kontroll, se jiswielna doppju biex nerġgħu nieħdu r-riedni f’idejna.
Huwa temm jappella biex kulħadd jimxi mad-direzzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.