Il-Qorti ordnat lil tabib iħallas disgħa u ħamsin elf ewro f’kumpens lil koppja wara inċident tat-traffiku.
Jirriżulta li l-karozza tat-tabib ħabtet fil-karozza tal-koppja fiż-Żebbuġ Għawdex ħames snin ilu.
Il-Qorti iddeċidiet fuq dan wara li fost oħrajn, ikkunsidrat il-fatt li l-mara sofriet diżabilità permanenti ta’ tnax fil-mija u sarulha sittin punt f’sieqha.
It-Tabib Michael Portelli saħaq li huwa ma kienx xorob u dakinhar tal-inċident kienet nieżla ħafna xita u għalkemm ipprova jżomm il-brejkijiet tal-karozza ma kienx rnexxilu minħabba l-kundizzjoni tat-temp.
Wara li l-Maġistrat Brigitte Sultana, semgħet liż-żewġ naħat, kif ukoll ix-xhieda tal-pulizija u l-paramediċi li kienu fuq il-post, kkonkludiet li minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp l-art tat-triq kienet tiżloq.
Apparti hekk, qieset l-fatt li ż-żewġ karozzi ġarrbu ħsarat estensivi u għalhekk din turi kemm Portelli kien qed isuq b’veloċita eċċessiva.
Żiedet tgħid li kieku Portelli saq b’inqas veloċita, l-inċident seta’ kien evitat faċilment.