Tabib li kien qed jiġi akkużat li abbuża sesswalment żewġ pazjenti nstab mejjet fir-residenza tiegħu. Huwa nstab mejjet b’abbuż ta’ droga eroina wara li sar jaf li qed jiġi investigat b’rabta ma’ dawn l-abbużi.
Philip Schuppler ta’ 58 sena, nstab mejjet ftit sigħat wara li ntalab jieqaf jippratika bħala tabib b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet. Dwar dan il-mewt inħatret inkjesta maġisterjali.
Il-Pulizija ta’ West Midlands kienet qed tinvestiga lit-tabib wara li tressaq ilment ta’ abbuż sesswali.
Kien fil-31 ta’ Ottubru, li persuna oħra ressqet ilment ieħor dwar abbuż sesswali mill-istess tabib. Ftit sigħat wara li twaqqaf mix-xogħol tiegħu t-tabib bgħat messaġġ lit-tifel tiegħu li kien se jwettaq suwiċidju, bit-tifel jinforma lill-Pulizija, iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara nstab mejjet.
L-akkużi ta’ abbuż sesswali kienu għadhom biss fi stadju ta’ allegazzjonijiet. Il-pazjenti ta’ Schuppler kellhom biss kliem pożittivi dwaru.