Tabib Malti ta’ disgħa u għoxrin sena nstab wara li kien rrapurtat nieqes fil-belt ta’ Cape Town fl-Afrika t’Isfel.
Skont il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Pulizija tal-Afrika t’Isfel it-tabib Malti, Stefano Corso kien deher l-aħħar l-Erbgħa għall-ħabta ta’ tlieta u nofs ta’ waranofsinhar waqt li kien qed jattendi seminar mediku fil-gżira ta’ Paarden Eiland.
Qabel instab qawwi u sħiħ, il-Pulizija qalu li t-tabib Malti ħareġ biex jirrispondi telefonata iżda ma irritornax lura.