Tabib li nzerta kien fuq bajja f’Buġibba, ta l-ewwel għajnuna lil Rumen ta’ 19-il sena li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum, li sfortunatament qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-sitta u kwart, f’bajja li hemm viċin Triq Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Żammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.