Tabib Ingliż li ġie arrestat talli ħallas tfal li huma taħt l-età biex ikollu x’jaqsam magħhom sesswalment fil-Kambodja, kellu saħansitra bagalja mimlija ħwejjeġ tat-tfal u kif ukoll pupi tal-Barbie.
Clive Cressy, ta’ 69 sena, ġie arrestat f’post tax-xorb fil-kapital Phnom Penh il-Ħamis li għadda wara investigazzjoni tal-Pulizija wasslithom għal fejn kien hu. Hu ġie mressaq il-Qorti tal-lokal ilbieraħ flimkien mat-tfajla tiegħu.
It-tabib qed jiġi akkużat li ħallas erba’ tfajliet taħt l-età biex ikollu x’jaqsam magħhom sesswalment. It-tfajliet għandhom bejn it-12-il sena u l-ħmistax-il sena. Il-Pulizija qed tallega li hu ħallas sa massimu ta’ £2,300 biex ikollu x’jaqsam ma’ tfajla verġni.
It-tfajla tiegħu Vjetnamiża, Chea Sokthy, ta’ 27 sena, ġiet arrestata wkoll fl-appartament tiegħu fejn qed tiġi akkużata li kienet hi li laqqatu mat-tfajliet.
Iż-żewġ akkużati inżammu arrestati fejn qed jistennew li jintemm il-proċess quddiem il-Qorti Kriminali