Ta’ Xbiex huma champions tat-tielet edizzjoni tan-Nestle Ice-cream Beach Soccer league meta fil-finali quddiem numru sabiħ ta’ spettaturi għelbu lic-Champions renjanti AFM bl-iscore ta’ 3-2 f’partita kombattuta u bilanċjata sa l-aħħar fi Pretty Bay B’Bugia.
Kienu AFM li fetħu l-iskor wara 7minuti logħob minn Dylan Caruana biex Ayoub Ahmad naqqas l-iskor żewġ minuti minn tmiem l-ewwel sessjoni biex b’hekk is-sessjoni tagħlaq f’parita ta’ 1-1.
Fit-tieni sessjoni rajna ħafna logħoba b’diversi attakki u konklużjonijiet però ma rajna l-ebda gowl.
It-tielet u l-aħħar sessjoni kienet strumentali għal Ta’Xbiex hekk kif wara li skurjaw AFM minn l-ewwel u dopjetta personali għal Dylan Caruana, irrispondew darbtejn Ta’ Xbiex permezz ta’ Toni Barbara u dopjetta personali oħra minn Ayoub Ahmad għal skor finali ta’ 3-2.
Ta’ Xbiex kellhom wirjiet pożittivi matul il-logħbiet kollha u fir-rawnd preliminari kienu rebħu tnejn kontra Gharghur Beach Boys 11-4 u La Playa De Arena 8-4 u tilfu tnejn kontra AFM 5-4 u Mġarr Utd 11-7. Ta’ Xbiex spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp B wara AFM biex fil-kwarti tal-finali għaddew meta għelbu lis-Siggiewi FSL 5-3. Fis-semifinali Ta’ Xbiex għamlu dak li kienu tilfu fir-rawnd preliminari kontra Mgarr Utd u rebħu 11-5 biex b’hekk issiġillaw il-post tagħhom fil-finali.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tat-trofew tac-champions tan-Nestle Ice-Cream Beach Soccer mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo, President tal-MBSA Pio Vassallo, Chief Commercial officer Nectar ltd aġenti tan-Nestle Carlos Abela flimkien ukoll mad-direttur tal-beachsoccer fi ħdan l-MFA Mark Marlow fejn ġew preżentati tliet unuri oħra abbinati ma’ dan il-kampjonat:
Best GK – Matthew Xerxin – Playa De Arena
Top Scorer b’16-il gowl – Ayoub Ahmad – Ta’ Xbiex
Best Player – Brandon Lee Bray – Mġarr Utd