Instabet l-aqwa soluzzjoni għall-kull minn irid jaqla l-għixien tiegħu mill-bejgħ.
Sentiment li esprimewh magħna mhux il-bejjiegħa tal-monti li ġew rilokatti fi Triq Ordinanza iżda anki sidien tan-negozji fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta.
Negozjanti li għandhom in-negozju tagħhom f’din it-triq kienu ilhom imħassba li l-monti fi Triq Merkanti kien qed itellef il-viziblta tal-ħanut tagħhom u jtellef mis-sbuħija ta’ din it-triq.
Tkellimna ma’ Leonard Cassar u Franco Bajada żewġ negozjanti li għandhom il-ħwienet tagħhom fi Triq Merkanti.
Esprimew is-sodisfazzjon li instabet soluzzjoni favur in-negozju. B’tal-monti issa jinsabu aktar f’post aċċesibbli fil-Belt Kapitali.