Raġel ta’ 60 sena qed jinżamm taħt arrest wara li kien akkużat li sforza lil ibnu ta’ sitt snin biex ikollu x’jaqsam ma’ prostitui bil-għan, skontu, li jevita milli jkollu tendenzi ta’ persuna gay.
Il-każ, li kien seħħ is-sena li għaddiet fil-Marsa fejn kien jgħix it-tifel, kien irrappurtat mill-prostituti stess għax ħassew li nqabeż kull limitu.
Il-missier wieġeb li mhux ħati tal-akkuż miġjuba kontih iżda ma talabx il-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti tat ordni ta’ protezz biex il-missier ma jkunx jista’ javviċina lin-nisa jew lil ibnu li jinsab f’home.L-isem tal-missier mhux se jixxandar biex tkun protetta l-identità tat-tifel.