Bħalissa r-residenti tas-Sannat qed jgħidu x’jaħsbu dwar jekk għandux isir żvilupp f’ta Ċenċ. Għal referendum li tħabbar nhar it-18 t’April, huma eliġibbli jivvotaw 1,901 peruna. Dawn qed jagħmlu l-għażla tagħhom fis-sala tal-kunsill.
Ir-residenti qed jivvotaw ‘Iva’ jew ‘Le’ għall-applikazzjoni tal-ipjannar ippreżentata mill-Awtorita’ tal-Ipjannar biex isir żvilupp tal-ewwel heritage park f’Malta fiż-żona ta’Ċenċ u żvilupp turistiku tal-lukandi multi-ownership ġewwa ta’Ċenċ.
Ir-referendum konsultattiv se jiddettermina l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp f’Ta’ Ċenċ.
Ikkuntattjat minn one.com.mt, is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Sannat Philip Vella spjega li kien hemm qbil unanimu biex jissejjaħ dan ir-referendum konsultattiv. Fid-dawl li kien hemm opinjonijiet differenti, dan il-vot ser ikun qed jesprimi l-opinjoni tar-residenti.