L-aħbar li d-deputat Laburista Edward Zammit Lewis ġie imminat fil-proċess għall-Imħallef fil-Qorti Ewropea, fi Brussell, ġabet stmerrija minn bosta.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal ħu d-deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina – Robert Aquilina, il-President Onorarju tal-għaqda Repubblika.
Dan hekk kif f’kitba fuq il-midja soċjali, Aquilina ddieħak b’din l-aħbar.
Hawnhekk Robert Aquilina qal li l-istituzzjoni Ewropea qalu lil Zammit Lewis sabiex ma jieħux il-bieb ta’ barra.
Zammit Lewis qal li fl-interview li kellu fi Brussell, wara xhur ta’ preparament u sagrifiċji personali, ġie mistoqsi fost l-oħrajn dwar ħwejjeġ oħra li m’għandhomx x’jaqsmu mal-pożizzjoni li kien innominat għaliha, filwaqt li esprima d-dubji tiegħu.
Innota, kif kien hemm uħud li għall-interessi personali, ipprovaw jimminaw din in-nomina minn ġewwa u minn barra u mhux l-interess nazzjonali – fosthom il-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista kien tal-istess fehma bħal ta’ Robert Aquilina, li attakka u feraħ b’din l-aħbar.
B’reazzjoni l-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni u l-fazzjoni esteremista tagħha kkonfermat kemm hi bla diċenza u kapaċi tagħmel attakki insensati anki kontra pajjiżna akkost li tipprova tiskorja punti politiċi. Intqal li mhux ta’ b’xejn ħalfet li se tagħmel gwerra qaddisa.