L-għaqda Repubblika ddeċidiet li tikkampja quddiem id-Depot tal-pulizija wara konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina nfexx jattakka lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.
Sa qabel din l-attività tal-għaqda Repubblika, id-Deputati Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi ħeġġew għal din l-attività f’diskorsi li għamlu fil-Parlament waqt id-diskussjoni tal-estimi finanzjarji tal-Ministeru għall-Intern.
Fil-fatt Jason Azzopardi kien preżenti għal din l-attività ta’ Repubblika, li esponenti tagħha jkollhom laqgħat mat-tmexxija ta’ Bernard Grech fid-Dar Ċentrali biex tiġi diskussa strateġija politika.
Dan f’att ċar ta’ kordinazzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u l-għaqda Repubblika, li tattakka l-istituzzjonijiet.