Fi kliem il-Kunsill:
“Din id-deċizjoni ser issarraf primarjament f’arja aktar nadifa għar-raħal tagħna u għall-pajjiż kollu. Bla dubju ta’ xejn, deċizjoni bħal din timmerita prosit lil min ħadem sabiex jinqata’ I-HFO minn dan il-pajjiż darba għal dejjem”.
Rigward il-konsultazzjoni u l-istudji dwar ir-riskji u t-teknikalitajiet marbuta mal-IPPC Permit, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk qal li “hu qabel mad-dokumenti kollha ippreparati minn dawk involuti, liema dokumenti urew is- serjetà li bihom saru l-istess studji”.
Il-Kunsill żied jgħid li “żgur li l-ebda professjonist ma kien se jirriskja li jpoġġi l-firma tiegfiu għal xi ħaġa li ma kienx konvint minnha”.
Għalhekk, il-Kunsill Lokali afda f’idejn l-istess professjonisti u tekniċi sabiex jiggwidawh fl-għażla favur il-proġett.
Il-Kunsill temm jgħid: “Issa, inħarsu ‘l quddiem sabiex inkomplu, kif ġa qed isir, bid-diskussjonijet tagħna flimkien mal-Gvern Centrali sabiex eventwalment isir il-pipeline tal-gass li jgħaqqad lil pajjiżna mal-kumplament tal-Ewropa. Dan hu mument ta’ storja għal pajjiżna u aħna qed inħarsu lejh b’ottimiżmu kbir!”