Illejla fit-20:30 tkompli l-avventura. Tul il-vjaġġ tiegħu, Liquorish ma jaħsibx biss fl-isfdi fiżiċi għall-parteċipanti imma jinkludi ukoll sfidi emozzjonali biex l-esperjenza tal-parteċipanti tkun waħda unika.
Waqt Liquorish illejla, il-parteċipanti se jiġu mitluba jipparteċipaw f’festa lokali – il-Black Nazarene fejn għaliha jattendu miljuni ta’ pellegrini minn madwar il-Filippini kollu. Il-purċissjoni ddum diversi sigħat għaddejja sakemm l-istatwa bi xbiha ta Kristu tidħol lura fil-katidral ta Quiapo ġewwa Manila – il-belt kapitali.
Xi stramberiji f’din il-festa jinkludu li kulħadd irid jinża ħafi. In-nies, ħafna minnhom Filippini, u rari tara turisti, jiddendlu ma l-istatwa u hija kważi impossibbli biex tasal qrib, dan għaliex l-għan tan-nies kollha li jmorru hu li jmissu din li-istatwa li jingħad li hi mirakoluża.
Niskopru llejla jekk il-parteċipanti hux se jirnexxielhom imissu din l-istatwa f’waħda mill-aktar sfidi strambi ta’ Liquorish ta’ din is-sena.
Liquorish illejla fit-20:30 fuq ONE u ONE HD Channel 113 Go Interactive.