Sa ftit tas-snin ilu, qajla konna noħolmu li istituzzjonijiet rinomati b’ mod internazzjonali kienu se jaħsbu f’ pajjiżna, jew wisq anqas jistabbilixxu ruħhom f’ Malta. Iżda illum, l-investiment barrani ta’ istituzzjonijiet bħal dawn saru l-ordni tal-ġurnata. Ezempju ta’ dan huma Partners Health Care, li jiffurmaw parti minn Harvard. One News tkellem mal-kap eżekuttiv tagħhom dwar ir-raġunijiet, għaliex intagħżlet Malta għal waħda mill-aħħar inizjattivi internazzjonali.