Anthony Mc Kay ta’ 27 sena kien akkużat li nhar is-17 ta’ Mejju 2010 għamel rapport falz fl-għassa tal-Pulizija, fejn qal li kien tilef giżirana tad-deheb fil-grawnd ta’ Ta’ Qali biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni tagħha. Kien ukoll akkużat li għamel vendikazzjoni fuq il-karozza ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni, imma minħabba nuqqas ta’ provi, ma nstabx ħati.
Primarjament, il-kumpanija t’assigurazzjoni rrifjutat li taghti s-somma ta’ €7,400 lil Mc Kay u wara komossjoni li qajjem fl-uffiċini tal-kumpannija, ġie mogħti l-ammont ta’ €2,000. Kien f’dan iż-żmien li mpjegata tal-kumpannija sabet brix u r-roti tal-karozza mifqugħa.
Jidher li Mc Kay għamel claim falza fuq il-giżirana u dan qalu lil El Sisy li kien jarma ħdejh f’Bieb il-Belt. El Sisy wkoll instab ħati fuq frodi f’każ separat. Mc Kay kien irraporta lil El Sisy l-għassa, b’allegazzjoni li dan kien se jikxfu li gideb fuq il-giżirana. Fil-fatt, El Sisy kkonferma dan kollu mal-pulizija u anke li kien Mc Kay, li ċarrat ir-roti tal-karozza tal-assigurazzjoni.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, semgħet lil Fr Martin Schembri jixhed li kien ta l-ġiżirana lura lil Mc Kay wara li din ġiet għandu fis-sigriet tal-qrar. Il-Qorti fehemet li McKay stess ta l-giżirana lill-Mc Kay u għalhekk instab ħati ta’ frodi u anke li kien reċediv. Għalhekk Mc Kay tpoġġa taħt ordni ta’ probation u anke talbet li jingħata l-għajnuna minħabba l-vizzju tad-droga. Is-sentejn ħabs sospiżi li kellu fuq każ ieħor ġew estiżi għal erbgħa snin.