L-Awtorità Ż̇vediża għall- Pensjonijiet qed titlob li l-€240 miljun ta’ pensjonanti li spiċċaw fil-Falcon Funds, li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, ikunu rritornati lura lill-pensjonanti li investewhom.
Dan il-fond, li fih 2.6 biljuni Krona Ż̇vediża (madwar €240 miljun), irid jieqaf jaħdem mill-Iżvezja d-dawl li l-Awtorità kkonkludiet li l- us h għaddew b’mod allegatament frodulenti.
L-isforzi tal-Aġenzija Żvediża jistgħu jsiru għax Falcon Fund se jsibha diffiċli jkompli jbigħ l-assi tiegħu f’dan il-pajjiż.
Il-ġurnalista Żvediża Sara Recabarren qalet li “l-każ mhux se jieqaf hawn u huwa ta’ interess li wieħed isegwi kif se jiżviluppa”.
Fil-korrispondenza li ntbagħtet lil Tonio Fenech u li għandna kopja tagħha, l-aġenzija titkellem b’mod ċar. “L-Aġenzija se tikkuntattja lil Falcon Funds biex tinforma lil Falcon Funds biex ikun miftiehem il-proċess ta’ kif isir il-ħlas lura,” intqal f’punt sitta ta’ din l-ittra.
L-aġenzija saħansitra żiedet li tippretendi l-koperazzjoni sħiħa biex dan isir b’mod immedjat u trasparenti. Iżda l-eks-Ministru Tonio Fenech qal li f’dan l-istadju Falcon Funds mhux se jirritornaw us lura għax se jieħdu passi legali peress li mhux jaqblu li tefugħhom ’il barra.
Il-ġurnalista Żvediża tenniet li hija sitwazzjoni diffiċli li se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħha l-pensjonanti ZŻvediżi u dan sakemm il-każ jingħalaq de nittivament. Qalet li fost ċerti pensjonanti teżisti wkoll il-biża’ li jistgħu jitilfu ushom.
Aktar kmieni dan ix-xahar kien żvelat kif Falcon Funds, fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, kien suġġett ta’ investigazzjoni mill-Aġenzija Żvediża għall-pensjonijiet. Dan dwar il-mod irregolari li bih għaddew fondi ta’ pensjonanti għall-Falcon Funds ta’ Fenech minn fond privat
Id-dubji qamu dwar kif, minn uffiċini f’Konsumentkraft ibbażat f’Alicante Spanja, kienu qed isiru telefonati minn persuni mingħajr esperjenza li bdew iħarju pensjonanti Żvediżi jpoġġu flushom l- fond li hu involut fih Tonio Fenech. Dan seħħ permezz ta’ tattika deskritta bħala frodulenti.