Tfajla ta’ erbatax il-sena kienet fi triqta lejn l-iskola meta sfat aggredita minn irġiel li kienu f’karozza.
Din it-tfajla li kienet fi triqta lejn l-iskola, spiċċat vittma ta’ abbuż sesswali meta żewġ irġiel li kienu qed isuqu karozza f’Oxford Street, l-Ingilterra ġibdu lit-tfajla fil-karozza.
Ftit sigħat wara, it-tfajla nstabet mil ‘il bogħod minn Oxford Street tħabbat il-bibien tad-djar bi dmugħ f’għajneja bit-tama li ssib id ta’ għajnuna.
Is-supretendent Chris Ward spjega li huwa maħsub li dan l-attakk ma kienx pjanat u jemmen li t-tfajla qatt ma rat lil dawn l-irġiel qabel. Il-Pulizija żiedu s-sigurtá f’din iż-żona filwaqt li appellaw lill-ġenituri biex ma jħallux lit-tfal imorru l-iskola waħedhom. Huma spjegaw li dan il-każ seħħ fid-dawl tax-xemx u f’żona mfittxija ħafna minn-nies.