Deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia qegħdin ikunu skomdi jitkellmu dwar id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
It-tlieta l-qorti tal-appell ikkonfermat li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-iskandlu tal-art tal-Lowenbrau li ġab ukoll il-kundanna tal-Awditur Ġenerali.
L-art għaddiet għand Zaren Vassallo bi ftit aktar minn seba’ mitt elf ewro meta skont l-Awditur il-valur tagħha kien ta’ tmien miljun ewro.
Quddiem din il-kundanna mill-Qorti, id-deputat Nazzjonalista, Carm Mifsud Bonnici li jappoġġja lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia deher skomdu meta staqsejnih dwar Jason Azzopardi.
Carm Mifsud Bonnici għażel li jibqa’ sieket meta staqsejnih jekk Adrian Delia għandux iġiegħel lil Azzopardi jerfa’ r-responsabilità politika ta’ dan l-iskandlu li tellef lill-poplu miljuni kbar ta’ ewro.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Anthony Ellul għamilha ċara li ma jemminx lil Jason Azzopardi li ma kienx jaf li għaddejjin diskussjonijiet dwar dan il-ftehim li ġab il-kundanna wkoll tal-Awditur Ġenerali.
L-Imħallef żied jgħid li jrid u ma jridx, Jason Azzopardi kellu jġorr ir-responsabbiltà politika għal li kien qiegħed jiġri under his watch.