Not my leader u jridu li titieħed azzjoni kontra d-deputati li sfiduċjaw lil Adrian Delia.
Din kienet r-reazzjoni tal-partitarji Nazzjonalisti leali lejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li ma jridux lil Therese Comodini Cachia tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-President ta’ Team Start Thomas De Martino, mill-fazzjoni taż-żgħazagħ ta’ Adrian Delia rreaġixxa ukoll għal aħbar dwar Comodini Cachia.
“Le grazzi. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li hi magħżula minn erba’ min-nies biss. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li kieku tista’ lanqas qegħda Malta għax riedet tibqa’ fi Brussel tpappiha sew. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li hija kontra l-valur tal-ħajja li huwa fundamentali għall-Partit Nazzjonalista”, saħaq De Martino.
Irrabjati kif ir-rieda tat-tesserati mhux tiġi rispettata.
Sean Gauci kiteb “ U l-partitarji ma kellhom l-ebda sehem u l-ebda vuċi. Tesserati li qegħdin hemm biex iħallsu tessera biss”
Il-kunsilliera ta’ Birżebbuġa Dorianna Portelli fakkret meta Comodini Cachia għażlet is-siġġu ta’ Brussel flok is-siġġu parlamentari. Sejjħitilha li mhiex l-Kap tagħha.
“Issa tridu s-siġġu li ridt tarmi hux hekk? Ara kif tridni nafdak. U ħalluna tridu !! Not my leader”, qalet Portelli.
Oħrajn sejħulha bħala mossa ta’ dittatorjat.
Intant, Andre Grech membru tal-eżekuttiv u persuna qrib ta’ Adrian Delia, kiteb li għadu kif kiteb is-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista, lill-President tal-Kunsill Amministrattiv u lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv biex b’mod immedjat jlaqqgħu l-organi tal- Partit Nazzjonalista biex tittieħed azzjoni kontra id-deputati parlamentari li marru kontra l-istatut tal-Partit Nazzjonalista meta marru għand il-President ta’ Malta biex jaħtru Kap ta l-Oppożizzjoni ġdid.
Qal li dan l-istatut ġie approvat ftit tal-ġranet ilu b’mod unanimu u ma hemm ebda mod kif tinterpreta artiklu ta’ l-istess statut.
Intant, it-Times irrapurtat li deputat nazzjonalista, li vvota favur Adrian Delia, qal li dawn id-deputati li sfiduċjaw lill-Kap Nazzjonalista għandhom iħallu l-partit nazzjonalista