Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalsita Joseph Ellis wissa lill-kandidat għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex irażżan lin-nies li qiegħed jiddawwar bihom.
F’artiklu fil-ġurnali Illum, l-Avukat Ellis qal li waqt li Delia qed jgħid li se joffri mod ġdid kif se jwettaq il-politika, fir-realta mhu xejn car.
Huwa kkundanna l-komportament tas-segwaci ta’ Delia s-Sibt li għadda fl-istamperija u qal li mġibithom ma kienet accettabli xejn. Qal li mhi accettabbli lanqas l-intimidazzjoni li saret fil-konfront ta’ min mhux jappoġġjawh.
“Jekk Delia jrid jibda fuq sieq tajba jekk jilħaq kap, irid irażżan l-elementi xejn sbieħ fost is-segwaċi tiegħu, elementi illi beżqu fuq il-karozza tal-kap attwali tal-PN u anke quddiemu. Komportament xejn aċċettabli illi jħasseb lil ħafna li għandhom il-PN u d-demokrazija tal-pajjiż għal qalbhom”, qal Ellis.