Raġel ta’ 51 sena tressaq il-Qorti wara li kien involut fi ġlieda f’Ħ’Attard. Constantine Borg li jgħix f’Birkirkara ġie mixli kiser il-paċi pubblika wara argument fi triq quddiem id-dwal tat-traffiku.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat ta daqqa ta’ ponn lil xufier ieħor.
Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000 u ġie ordnat jiffirma fl-għassa tal-pulizija darbtejn fil-ġimgħa.