Fis-suppost qofol tal-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista għall-Indipendenza, il-qasma u l-firda bejn il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, illum wara Bernard Grech, u l-fazzjoni t’Adrian Delia ħarġet iżjed.
Sorsi qalulna li t-tmexxija Nazzjonalista ma ħadet gost xejn bix-show of force li għamel Adrian Delia biex jisraq ix-xena minn fuq Bernard Grech.
Fil-fatt nies tal-fazzjoni Delia nġabru lebsin flokk bil-kliem “Team Adrian Delia” u ntefgħu lura fuq il-Fosos, f’xi waqtiet anki jibbujaw waqt id-diskors tal-Kap Bernard Grech.
Saħansitra meta beda jitkellem Grech, ma ħarrkux idejhom u ma ċapċpux.
Anki bdew jgħaddu kummenti waqt diskorsi oħra ta’ qabel il-Kap.
F’mument minnhom mara oġġezzjonat għall-preżenza tan-nies ta’ Delia u l-argumenti ma naqsux.
Uħud minn dawk preżenti ta’ Delia bdew jgħajtu li Adrian Delia għadu l-Kap tal-partit u fakkru fil-mod kif sena ilu, iż-żiemel tagħhom tneħħa biex tpoġġa Bernard Grech.