Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jiltaqgħa mad-deputati nazzjonalisti li qegħdin jopponu t-tmexxija tiegħu.
Irrapurtat dan il-gazzetta MaltaToday.
Numru ta’ attivisti nazzjonalisti u eks d-deputat nazzjonalista li huma viċin l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qegħdin jgħinuh billi jitkellemu mal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, ma Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami sabiex jiltaqgħu ma Adrian Delia.
Anki attivisti qrib l-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista, ġew avviċinati sabiex jikkonvinċu lil dawn id-deputati jiltaqgħu mal-Kap Nazzjonalista.
Il-Maltatoday irrapurtat wkoll dwar is-sitwazzjoni mizera li jinsab fil-Partit Nazzjonalista bħalissa, u dwar it-tentattivi li saru sabiex Delia jitneħħa minn Kap.
Saħħansittra kif irrapurtat fil-media, Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi bdew jorganizzaw laqgħat sigrieta sabiex ineħħu lil Delia minn Kap.
Filwaqt li ġie irrapurtat ukoll li Claudette Buttigieg u Beppe Fenech Adami kienu fost id-deputati nazzjonalisti li iffirmaw dikjarazzjoni sabiex Delia ma jiqbax Kap.
Il-MaltaToday irrapurtat ukoll kif sorsi li tkellmu magħha qalu li minkejja Delia m’għandux l-appoġġ tad-deputati nazzjonalisti, għandu l-appoġġ tal-attivisti nazzjonalisti.
qaler li attivisti ta’ Simon Busuttil, kitbu fi grupp privati fuq Facebook sabiex jibbojkataw l-elezzjonijiet ta’ Mejju, fi protesta kontra Adrian Delia.
dan ħoloq tħassib fost l-ewroparlamentari nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola, għax huma ż-żewġ esponenti nazzjonalisti qrib l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ghax jistghu jbatu fl-elezzjoni ta’ Mejju.
Attivisti nazzjonalisti qalu lil Maltatoday li aħjar jaraw il partit tagħhom jitlef l-elezzjoni milli jivvotaw għal partit nazzjonalista imexxi minn Adrian Delia.
Il-Maltatoday irrapurtat ukoll li l-membri ewlenin tal-Partit Nazzjonalista li qed jopponu lil Adrian Delia, ħadd minnhom ma’ resaq mozzjoni ta’ sfiduċja fih.
Il-Maltatoday hija infurmata li fil-ġimgħat li ġejjien kien hemm numru ta’ attivisti nazzjonalisti li ħeġġu lid-deputati nazzjonalisti sabiex jisfiduċjaw lil Delia.
Il gazzetta tkellmet mad-deputati nazzjonalisti Jason Azzopardi, Claudio Grech, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus li irrifjutaw li jikkumentaw jekk ġewx imhegga biex imexxu l quddiem mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia.