Minkejja li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jgħid li l-partit jinsab magħqud, il-firda fil-Partit Nazzjonalista kompliet toħroġ fil-beraħ fuq il-midja soċjali.
L-eks Kunsillier Nazzjonalista tal-Gżira, Wayne Hewitt, li huwa ħaġa waħda mal-klikka tal-Kap Bernard Grech, dik magħrufa bħala l-fazzjoni ta’ Simon Busutill infexx f’attakk fuq Facebook.
Lil ta’ Delia sejħilhom erba’ qtates.
Hewitt qal li “hemm erba’ t’iqtates li kienu ma’ djul Delia li se jibqgħu maħruqin ad eternum li ż-żiemel tagħhom m’għadhux fit-tmun.” Huwa qabilhom ma’ mara li telaqha r-raġel tagħha u iffissaw biex jagħmlu l-ħsara lir-raġel biex tpattijielu u tibda tgħid li kulħadd biex jagħmlu bħalha. Żied, kif il-mara tmut bil-piena filwaqt li r-raġel imqabbla mal-fazzjoni ta’ Bernard Grech, jerġa’ jibni ħajtu mill-ġdid.
Iżda dlonk partitarji Nazzjonalisti miż-żewġ fazzjonijiet wieġbuh.
Gino Balzia qallu li qed jgħajjar lil sħabu stess u qallu sabiex jistħi.
Partitarja oħra qaltlu li dawk l-erba’ qtates ta’ Delia se jtuh risposta fl-elezzjoni li ġejja, bi Hewitt weġibha li t-tkaxkira xorta ġejja minħabba l-amministrazzjoni ta’ Delia.
Lino Ciappara wieġeb lil Hewitt li dawk l-erba’ ġrieden qed jagħmlu l-istess bħal ma għamel huwa fi żmien meta Adrian Delia kien Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Simone Curmi qaltlu mhux ta’ b’xejn il-partit fallut minn kull aspett u qaltlu biex ikomplu jgħozzu rashom fil-ħama.
Il-firda fil-Partit Nazzjonalista kompliet anke wara l-elezzjoni tal-Kap Nazzjonalista, hekk kif diversi kunsilliera u uffiċjali fil-partit irriżenjaw meta tela’ Bernard Grech bħala Kap.