Għal sena oħra mijiet ta’ għawwiema sfidaw il-kesħa f’edizzjoni oħra tat-Thomas Smith Charity Swim. Din hija l-20 edizzjoni ta’ din l-għawma u fiha mistennija ikomplu jinġabru fondi għall-Community Chest Fund.
Din is-sena l-iżgħar parteċipant huwa Sami, tifel ta’ sentejn u nofs filwaqt li l-akbar raġel għandu 88 sena.
Din l-edizzjoni ġiet inawgurata mill-President ta Malta, Marie Louise Coleiro Preca fejn irringrazzjat lil Thomas Smith għal din l-inizjattiva u lill-parteċipanti kollha li għażlu li jisfidaw l-elementi kesħin tan-natura. Hija temmet billi awgurat lil kulħadd għas-sena l-ġdida.