L-Għawdxi Jacob Zerafa, tifel ta’ 8 snin minn Għajnsielem sar l-ewwel Għawdxi li ħa sehem fil-European Cycling Union BMX Cup li saret dan l-aħħar f’Verona, l-Italja. F’dan id-debutt internazzjonali tiegħu, Zerafa tellaq f’Race 7 flimkien ma’ erba’ ċiklisti oħra fir-rawnd preliminari. Għalih din kienet ewwel esperjenza barra minn xtutna wara li issa ilu ftit snin jipprattika dan l-isport favorit tiegħu fil-faċilitajiet li l-Malta BMX Association għandha f’Pembroke.
Din il-parteċipazzjoni ta’ Jacob kienet possibli bl-għajnuna li dejjem isib mill-ġenituri tiegħu fejn fil-fatt kienu huma li akkumpanjawh ġewwa l-Italja.
Bla dubju din kienet esperjenza internazzjonali ferm utli u li ser tkompli tgħin lil Zerafa biex itejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu f’din l-eta’ żgħira li għandu. Fil-fatt dan huwa l-awgurju tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX biex b’dawn l-esperjenzi barra minn xtutja, l-membri tagħha jkomplu jgħollu l-livelli tagħhom.