Hija mewta kerha ħafna dik li kellu żagħżugħ ta’ 28 sena, li nstab bla ħajja fid-dar ta’ ommu fi Triq ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar. Kollox jindika li l-mewta, li seħħet nhar is-Sibt li għadda, kienet kawża ta’ overdose ta’ droga. Ir-rapport daħal lill-Pulizija fis-19:10. Il-ġuvni kien fil-kamra tas-sodda tiegħu, fejn instab bla ħajja. Fl-istess binja kien hemm ommu u persuna oħra. Ir-raġel kellu problemi relatati mad-droga fil-passat tiegħu, iżda kien għamel programm ta’ riabilitazzjoni.