Tfajla ta’ 16-il sena li kkonvertiet għall-Islam, allegatament, ħejjiet pjan li fih kienet se tisplodi lit-turisti li kienu madwar it-Torri Eiffel wara li ltaqgħet ma’ ġuvni li kien fanatiku u minn hemm bdiet titkellem favur Daesh (ISIS) onlajn.
Hekk kif illum tressqet fil-Qorti, identifikata biss bħala Sarah Z, hi qed taffaċċja għomor il-ħabs wara li nqabdet b’71g ta’ splussiv fl-appartament tagħha f’Montpellier.
Kmieni dalgħodu ż-żagħżugħa u l-għarus tagħha, identifikat bħala Thomas S, ittieħdu f’Qorti speċifikat fuq atti terroristiki fiċ-ċentru ta’ Pariġi.
Iż-żewġ maħbubin huma fost l-erbgħa persuni li l-Ġimgħa ġew arrestati wara sejba ta’ “fabbrika tal-isplussiv”.