Tfajjel ta’ ħmistax -il sena instab ħati li kkorrompa żewġ tfajliet ta’ 13 –il sena u l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li jitpoġġa taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin.
“F’dan il-perjodu l-probation officer hekk imqabbda għandha tassigura li l-imputat isib postu fid-dinja tax-xogħol u jekk ikun hemm bżonn anke jitqabbad psikologu tat-tfal,” qalet il-qorti fis-sentenza tagħha. L-adolexxenti ammetta li pparteċipa f’attivitajiet sesswali maż-żewġ minuti fil-preżenza tal-avukat difensur u l-ġenituri tiegħu. L-ismijiet ma jistgħux jixxandru fuq ordni tal-qorti.