Tfajla ta’ 14-il sena ġiet salvata mill-pulizija wara li nstabet mitluqa barra fit-triq. Huwa mifhum li t-tifla sfat stuprata diversi drabi minn żewġt irġiel li saħansitra użawha għall-prostituzzjoni.
Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, illum fil-qorti Ismael Alirou min-Niger u Adama Tonkara mill-Mali; it-tnejn ta’ 28 sena wieġbu li mhumhiex ħatja.
Iż-żewġt irġiel ġew akkużati li kkorrompew lit-tifla bi skopijiet ħżiena fosthom li jaqilgħu l-flus minn fuqha. L-ispettur Roxanne Tabone mexxiet il-prosekuzzjoni.
Jidher li l-akkużati; wieħed jgħix barra fit-triq u l-ieħor jgħix flimkien ma’ tmien persuni oħra ġo garaxx fil-Ħamrun.
Huwa mifhum li t-tifla kienet maħruba mid-dar minħabba problemi familjari.
It-talba għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda.