Minn tal-inqas erba’ persuni nqatlu u tlettax indarbu wara attakk suwiċida li sar fiċ-ċentru ta’ Kabul fl-Afganistan.
Kelliem għall-Pulizija f’Kabul qal li l-aggressur kien tifel jew tifla ta’ madwar 12-il sena.
Kien il-grupp terroristiku, Daesh li qal li hu l-moħħ wara dan l-attakk.
Fuq il-post issejħu għadd ta’ ambulanzi fejn ħadu lill-vittmi l-isptar biex jirċievu l-kura neċessarja. In-numru ta’ vittmi u midruba mistenni jiżdied.