Żewġ subien ta’ 12-il sena huma akkużati li abbużaw sesswalment tifla ta’ 6 snin fil-kamra tal-banju ta’ skola Primarja. Dan il-każ seħħ f’Sydney, l-Awstralja.
Mill-investigazzjoni jirriżulta li dawn is-subien abbużaw lil din iċ-ċkejkna matul il-brejk tal-iskola fil-kamra tal-banju. Minkejja l-etá tagħhom, wara li l-ġenituri tat-tifla nfurmaw lill-awtoritajiet b’dan il-każ, dawn is-subien sfaw arrestati u sospiżi mill-iskola.
The Daily Telegraph spjegat li l-allegat abbuż ma seħħx biss darba, iżda darbtejn fi ħmistax. It-tifla spjegat lill-awtoritajiet li l-ewwel darba kien tifel wieħed li abbuża u li t-tieni darba sfat abbużata miż-żewġ subien.
Dawn il-minuri sfaw arrestati mill-Pulizija ta’ Chatswood, b’wieħed mis-subien akkużat li wettaq abbuż sesswali erba’ darbiet fuq bniet li għandhom anqas minn 10 snin. Il-Pulizija spjegat li dawn is-subien se jitressqu quddiem il-Qorti tat-tfal fit-22 ta’ Settembru.