B’nostalġiji li jqanqlu l-isbaħ emozzjonijiet u b’esperjenzi li jisbqu l-aqwa dottorat, din hija l-istorja ta’ Katerina Abdilla, li għalqet mija u tliet snin.
L-anzjana Żurriqija hija omm ta’ sittax-il tifel u tifla, nanna ta’ tlieta u għoxrin, u bużnanna ta’ ħamsa u għoxrin.
Iżżewġet fl-elf disa’ mija ħamsa u tletin, u mdawra b’dawk l-aktar għeżież għaliha, irrakkontat dwar it-tbatija li għaddiet minnha fi żmien il-Gwerra.
Lanqas konna norqdu d-dar. Norqdu għand in-nies għax nibżgħu. Dak iż-żmien konna nibżgħu norqdu waħedna.
Binha Alfred jgħid li ommu batiet ħafna biex rabbithom, u tkellem dwar ġurnata tipika ta’ familja b’sittax-il wild. Għal xi żmien, il-ħajja ma’ Katerina kienet bħal pinta ħelu u bitija morr, meta f’żogħżita – wara ħafna tbatija biex ġabithom f’din id-dinja, tilfet tlett itfal.
Kelli tliet subien u mituli żgħar dawk il-Ġenna qegħdin għax f’xi waqtiet ngħidilhom uliedi tal-Ġenna itolbu lil Alla għalija.
Bi tbissima fuq fomma, meta marret lura fiż-żmien biex taqsam magħna memorji minsuġa f’qalb ta’ ħajja mimlija bil-għomor, Katerina tkellmet dwar żewġha Joseph li kien jaħdem fil-ġebel.
Tkellmet dwar uliedha l-bniet inaddfu, u s-subien jilagħbu bil-ballun; u bi kburija qalet li sal-aħħar nifs se tibqa’ tgħożż il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq.
Lill-Bambin hekk ngħidlu. Tajtni l-għomor u ċċaħħadnix mill-wiċċ imqaddes tiegħek.