Il-kumpanija Swissport tinsab fi stat ta’ falliment bi kważi 1,500 impjieġ jinsabu f’riskju.
Minkejja dan, is-sezzjoni tal-operat tal-cargo tal-istess kumpanija li timpjega mal-467 ħaddiem, mhux ser tkun affettwata b’din id-deċiżjoni.
Fi stqarrija il-kumpanija tenniet li l-pandemija tal-Coronavirus kienet il-kawża ewlenija wara dan l-istat ta’ falliment.
Il-kumpanija Swissport toffri s-servizz ta’ immaniġġjar tal-bagalji u servizzi ta’ tindif fl-akbar ajruport fil-Belġju, Brusell.