Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg qal lill-Parlament li fl-aħħar sentejn, is-sussidju tal-gvern lill-operatur tat-trasport pubbliku, Autobuses de Leon, kien ta’ €29 miljun fis-sena.
Meta wieġeb mistoqsija ta’ Toni Bezzina, l-Ministru Borg qal li għal din is-sena dan is-sussidju se jibqa’l-istess.
Għal mistoqsija oħra ta’ Beppe Fenech Adami dwar xogħol fuq toroq f’Ħal Lija, Ħal Balzan, l-Iklin u Birkirkara, Dr Borg qal li Bġalissa qed jiffinalizzaw id-dokumentazzjoni legali sabiex il-poteri ta’ Transport malta jgħaddu f’idejn l-aġenzija li se tkun responsabbli mill-infrastruttura u l-bini ta’ dawn it-toroq.
Huwa qal hemm 160 triq li qatt ma saru u l-programm tal-gvern huwa li dawn isiru fl-ewwel tliet snin ta’ dan il-gvern.
It-toroq l-oħra huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali u l-gvern għaddej b’eżerċizzju fejn se tittieħed scan permezz tal-aħħar tekonoloġija tal-uċuħ tat-toroq kollha u mbagħad issir il-prijorità tal-manutenzjoni wara li jiltaqgħu mal-kunsilli lokali.
Il-Ministru Borg qal li wieħed irid jifhem li la l-gvern ċentrali għandu ġjan beix jonfoq €700 miljun fuq it-toroq, il-kunsilli lokali qed joqgħodu daqsxejn kawti mill-investimenti li jagħmlu għax huma jkunujixtirqu li x-xogħol jagħmlu l-gvern.