Id-dipartiment tal-pulizija ta’ Los Angeles ikkonfermaw li n-nirien li ħakmu lill-belt irreferuti bħala l-’Kenneth Fire’ issa qed ikunu investigati bħala li tqabbdu apposta u filfatt għandhom persuna fil-kustodja tagħhom.
Il-Kenneth Fire huwa biss wieħed minn ħames nirien li bħalissa qed jaħkmu Los Angeles b’madwar 180,000 ruħ jisfaw evakwati.
Investigaturi qed jgħidu li dan in-nar seta’ tkebbes intenzjonalment u kienu propju ċittadini li għenu sabiex jinqabad suspettat li bħalissa jinsab fil-kustodja tal-pulizija. Il-piena jekk jinstab ħati tista’ tkun waħda ta’ għomor il-ħabs bl-akkuża tkun dik ta’ omiċidju hekk kif l-Avukat Ġenerali ta’ Los Angeles Nathan Hochman qal li l-ġustizzja se tkun waħda rapida iżda bla ħniena bit-talba għas-sentenza massima sabiex jintbgħat messaġġ ċar li krimini bħal dawn mhumiex ittollerati.
Mill-anqas 10 persuna mietu fin-nirien li ħakmu Los Angeles hekk kif dawn mistennija jkomplu jinfirxu bl-irjieħat li mistennija jibqgħu jonfħu fil-pajjiż.