Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni Russa Alexei Navalny, li ftit tal-jiem ilu kien ivvelenat, ittieħed il-Ġermanja għal aktar kura.
Navalny li qed ikun suspettat li kien ivvelenat minn tazza te, bħalissa jinsab f’koma.
Minn Omsk, issa ser ikun qed jirċievi t-trattament fi sptar f’Berlin.
Navalny kien wieħed mill-aktar kritiċi ħarox fil-konfront ta’ Gvern immexxi mill-President Vladimir Putin u għal ħafna żmien tkellem kontra każijiet ta’ korruzzjoni fir-Russja.
Fil-fatt ħafna persuni speċjalment dawk qrib Navalny, qed jissusspettaw li f’dan il-każ hemm l-id moħbiha ta’ Vladimir Putin.
Intqal kif Navalny ma tħalliex imur il-Ġermanja qabel mill-awtoritajiet Russi sabiex ikun assigurat li t-traċċi tal-velenu josfru għal kollox mill-ġisem ta’ Navalny u b’hekk ikun aktar diffiċli li dawk responsabbli jiġu akkużati quddiem il-Qrati.