Żewġ sajjieda mill-Korea ta’ Fuq, suspettati bil-qtil ta’ 16-il membru tal-ekwipaġġ fi triqithom lejn il-Korea ta’ Isfel, reġgħu ttieħdu lura l-Korea ta’ Fuq.
Huma qasmu l-fruntiera marittima, u ġew arrestati mill-awtoritajiet biex jerġgħu jittieħdu lejn il-Korea ta’ Fuq.
Normalment, il-Korea ta’ Isfel tagħti l-ażil għal dawk li jippruvaw jaħarbu mill-Korea ta’ Fuq, iżda qed jingħad li f’dan il-każ, iż-żewġt irġiel huma ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali, u qed jiġu meqjusa bħala kriminali.
Skont aġenzija tal-aħbarijiet tal-pajjiż, l-irġiel ammettew li flimkien ma’ raġel ieħor qatlu lill-Kaptan tal-vapur minħabba kif kien jittrattahom, fejn imbagħad qatlu lill-membri tal-ekwipaġġ l-oħra u tefgħu l-iġsma bla ħajja tagħhom fil-baħar wieħed wieħed.
Ritratt: Getty Images