Mara suspettata li hija parti mill-Istat Iżlamiku jaf tkun ripatrijata lejn New Zealand mit-Turkija.
Il-Prim Ministru tal-pajjiż Jacinda Ardern qalet li d-deċiżjoni ttieħdet wara ħafna ħsieb, iżda jidher li l-mara trabbiet fil-pajjiż u għandha ċittadinanza Awstraljana wkoll.
Din itteħditilha sena ilu meta nqabdet tidħol it-Turkija mis-Sirja ma’ wliedha.
Il-Prim Ministru Ardern assigurat li l-Gvern ta attenzjoni partikolari biex ma jkun hemm ebda riskju fuq il-pubbliku.