Donatella Concas ta’ erbgħin sena u li kienet qed tgħix il-Mosta mitsennija tappella mill-ordni ta’ estradizzjoni minn pajjiżna. Fil-Qorti ntqal mill-avukati li qed jirrappreżentawha li l-mara qed tibża’ għax ħajjitha tinsab mhedda minn membri mill-Mafia li issa qed jiġru warajha.
Donatella Concas ssuspettata li kienet parti mill-grupp mafjuż Camorra u kienet arrestata f’pajjiżna permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Hija kienet ingħatat sentenza ta’ tliet snin u tmien xhur priġunerija minn Qorti Venezjana, talli pparteċipat f’atti kriminali, użura, u pussess illegali ta’ armi fost oħrajn. Skont rapporti fuq mezzi tax-xandri Taljani, saret parti mill-grupp mafjuż Venezjan bejn l-2009 u l-2011, liema grupp kien jieħu vantaġġ minn negozjanti, jipprovidhom bil-flus li jkollhom bżonn, b’rati għolja ta’ interessi. Wara li ngħatat is-sentenza, Donatella Concas għebet għal aktar minn sena, u kien wara investigazzjonijiet fir-reqqa li nstabet hawn Malta.