Skont survey li sar dan l-aħħar, il-kumpanija Ryanair ingħatat l-iktar rating baxx mill-passiġġieri, f’dak li jirrigwarda t-tlugħ tal-passiġġieri fl-ajruplan, il-kumdità, servizz ta’ ikel u xorb, kif ukoll l-ambjent tal-kabini.
Is-survey li staqsa lil 7,901 persuna juri li Ryanair ġabet biss 40% tal-appoġġ tal-passiġġieri.
Dawk li ġew mistoqsija biex isemmu linja tal-ajru li ma jikkunsidrawx itiru magħha, iktar minn tnejn minn tlieta jiġifieri 70% semmew lir-Ryanair. Kumpaniji oħrajn li ma marrux tajjeb kienu Thomas Cook Airlines (52%), Wizz Air (54%), Vueling Airlines (54%) u British Airways (56%). EasyJet ġabu 63%.
Aurigny, Swiss Airlines u Jet2 ġabu l-aħjar persentaġġi bi 81%, 80% u 75% rispettivament. Jet2 impressjona l-passiġġieri f’dak li hu servizz, seating u boarding.
F’Diċembru tal-2018 l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili nediet azzjoni kontra Ryanair minħabba d-deċiżjoni li Ryanair ħadet biex ma tħallasx kumpens meta ttitjira ma ssirx.