“Ma naf li kien hemm l-ebda attakk fuq l-Ispeaker.” Hekk iddikjarat id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello, waqt dibattitu fuq ir-radju tal-Knisja, ippreżentat mill-Professur Andrew Azzopardi.
“Ma naf li kien hemm l-ebda attakk fuq l-Ispeaker mill-Partit Nazzjonalista.”
Id-Deputata tal-PN Eve Borg BonelloREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din id-dikjarazzjoni surreali minn Borg Bonello ġiet wara l-attakki kontinwi tal-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquilina.
Fil-Parlament, Aquilina fost oħrajn indirizza lill-Ispeaker Anġlu Farrugia u qal kemm jiddubita kemm jaħseb.
“Niddubita kemm taħseb int.”
Id-Deputat tal-PN Karol Aquilina
F’attakk ieħor, il-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquilina qal li jekk irid ikeċċih mill-Parlament irid ikeċċih bil-Pulizija.
Intant, it-Tnejn, il-Parlament se jiddiskuti mozzjoni tal-Partit Laburista sabiex tikkundanna l-aġir ta’ diżrispett minn Karol Aquilina fil-konfront tal-Ispeaker Anglu Farrugia.